Mekkanik jisraq Lamborghini li kienet għat-tiswija u jaħbat biha

Mekkanik Awstrijaku ma rnexxilux jissaporti milli jsuq karozza lamborghini li kienet daħlet għat-tiswija.
Spiċċa iżda biex kien involut f’inċident tat-traffiku u kissirha. Din il-karozza tiswa aktar minn €155,000.
Niklas Schwartz, li għandu 29, tilef il-kontroll tal-vettura ftit tal-ħin wara li telaq biha mill-garaxx.
Mal-Pulizija ammetta li bħala mekkanik, li jħobb ħafna l-magni, l-karozzi u l-muturi, ġietu tentazzjoni kbira li jsuq din il-karozza lussuza.
Qal li tilef il-kontroll meta kien qed idur kantuniera u l-art kienet imxarba.
Kien f’dan il-mument li l-karozza baqgħet dieħla ġo barrikata u nqalbet.
Ħabib tal-mekkanik li kien fil-karozza ġarrab ġrieħi gravi iżda ma kienx fil-periklu tal-mewt filwaqt li kellhom jintervjenu 14-il ħaddiema tat-tifi tan-nar biex tfew in-nirien.