Mekkanik jisraq ajruplan tal-passiġġieri

Impjegat ta’ kumpanija tal-ajru seraq ajurplan tal-passiġġieri fl-ajruport ta’ Seattle u ġarrfu fuq gżira fil-viċin.

Fi stqarrija l-awtoritajiet qalu li l-ajruport ta’ Seattle kellu jagħlaq hekk kif ir-raġel tajjar l-ajruplan mingħajr permess tard il-Ġimgħa filgħaxija. Kawża t’hekk l-akwati sfaw fi stat ta’ emerġenza hekk kif inizjalment kien maħsub li l-ajruplan insteraq biex jintuża għal attakk terroristiku. Riżultat ta’ hekk l-ajruplan ġie imsegwi minn żewġ fighter jets.

Skont l-awtoritjiet ir-raġel li seraq l-ajruplan, li għandu 29 sena u jaħdem mal-ajruport bħala mekkanik, għadu mhux magħruf jekk irnexxilux isalva mit-tiġrif.

Aktar tard l-Uffiċċju tax-Sheriff ta’ Pierce County ħareġ stqarrija fejn ikkonferma li dan ma kienx attakk terroristiku, pero jidher li kienet ċajta goffa li marret ħażin ħafna.

Filmati li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali juru l-mod perikoluż kif kien qed jinstaq l-ajruplan.