Meħlusin 2 żgħażagħ arrestati għall-vandaliżmu fuq l-istatwa ta’ Sant’Antnin

Read in English.

Żewġ żgħażagħ mit-tlieta arrestati għal att vandalu fuq l-istatwa ta’ Sant’Antnin ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu li nstab li ma kinux huma li qalgħu r-ras minn mal-istatwa, imma huma sabuha maqlugħa.

Wara jiem ta’ investigazzjonijiet mit-Taqsima tal-Patrimonju Kulturali, il-Pulizija identifikat lil ġuvni ta’ 19-il sena ta’ nazzjonalità Franċiża, ġuvni ieħor ta’ nazzjonalità Ingliża ta’ 18-il sena u tfajla Maltija ta’ 17-il sena, li allegatament wettqu dan ir-reat.

Illum, iż-żewġ ġuvintur tressqu l-qorti, fejn huma wieġbu li mhumiex ħatja.

L-Ispettur Saviour Baldacchino mill-Prosekuzzjoni qal lill-Qorti li filmati mill-kameras tas-sigurtà jikkonfermaw li l-akkużati ma wettqux l-att vandalu huma nfushom, imma sabu r-ras maqlugħa mill-istatwa u din ħaduha magħhom id-dar.

Huma ġew akkużati li ħadu propjetà protetta. Wieħed minnhom ġie akkużat li ħażżeż fuq ras l-istatwa.

Ingħataw il-ħelsien mill-arrest imma jridu jħallsu depożitu ta’ €2,000 u garanzija ta’ €4,000 kull wieħed. Iridu wkoll jiffirmaw l-għassa kull tliet ġimgħat.