Meħlus minn akkużi ta’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti

Luke Zerafa

Libjan li kien uffiċjal għoli fir-reġim ta’ Gaddafi ġie lliberat minn akkużi ta’ falsifikazzjoni wara li li l-intenzjoni kriminali tal-akkużat ma ġietx ippruvata.

Il-Libjan ta’ 52 sena minn Benghazi kien akkużat li b’falsifikazzjoni u l-użu ta’ dokumenti foloz, wara li fl-2018 huwa kien se jaqbad titjira minn Malta lejn Istanbul. Il-passaport u l-karta ta’ identifikazzjoni tiegħu kellhom timbru mill-Gwatemala li qajjem suspett. Huwa kien tressaq il-Qorti u wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u kien ingħata ħelsien mill-arrest.

Minkejja li l-pulizija kkonfermat li d-dokumenti huma foloz, il-Libjan insista li hu kien innoċenti u spjega li huwa kiseb id-dokumenti mingħand mibgħut speċjali tal-istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda. Il-Qorti kkonkludiet li minkejja d-dokumenti kienu foloz, l-intenzjoni kriminali ma kinitx ippruvata għallhekk illiberat lil-Libjan minn akkużi ta’ falsifikazzjoni.