Meħlus l-eks kap tas-servizzi tas-sigurtà tal-Afrika ta’ Isfel

Il-Gvern tal-Afrika ta’ Isfel iddeċieda li jagħti il-libertà kkundizzjonata lil Eugene de Kock, l-eks Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà tal-Pulizija fi żmien meta l-pajjiż kien għaddej mill-apartheid.
Dan is-servizz sigriet kien involut f’bosta imwiet.
Il-Gvern qal li wasal għal din id-deċiżjoni b’turija ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali.
De Kock kien ġie arrestat fl-1994 hekk kif intemmet l-apartheid u sentejn wara kien ġie kkundannat b’sentenza ta’ 212-il sena priġunerija.