Meħlus l-akkużat bil-qtil ta’ sieħbu b’jet ski

Arkivji

Olandiż ta’ 19-il sena xehed mhux ħati ta’ qtil involontarju wara li kkawża mewt il-ħabib tiegħu bi żball b’jet ski f’San Ġiljan nhar l-Erbgħa li għadda.

Huwa deher quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja dalgħodu, akkużat bil-qtil involontarju ta’ ħabibu u talli kien qed isuq il-jet ski taħt l-effett tal-alkoħol jew tad-drogi, wara li m’għaddiex mit-test tal-breathalyser. L-akkużat insista li kien xorob il-lejl ta’ qabel, u mhux dakinhar.

L-akkużat talab għall-ħelsien mill-arrest. Filwaqt li l-Ispettur mill-Prosekuzzjoni ma opponiex għall-ħelsien, huwa insista fuq is-serjetà tal-każ ladarba ż-żagħżugħ kien qed jixrob hu u jsuq.

Il-Maġistrat ħelsu mill-arrest, b’depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €15,000.