Meħlus il-kappillan maħtuf fis-Sirja

Kappillan Franġiskan f’raħal fis-Sirja u erba’ parruċċani nisa nħelsu milli jinżammu ostaġġi, wara li nħatfu minn irġiel armati ta’ grupp jihadista bejn nhar il-Ħadd u t-Tnejn.
Madankollu l-ostaġġi għadhom iżommu madwar 15-il parruċċan raġel li ħatfu fl-istess lejl u li l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
Skont l-Isqof ta’ Aleppo, il-kappillan jinsab f’kundizzjoni tajba.