Meghan u Harry jżuru lil tifla paralizzata

Meghan Markle tifla Prinċep Harry pparalizzata

Meghan Markle wriet kemm għandha qalbha tajba meta hi u l-Prinċep Harry marru jżuru tifla li ma tistax timxi ta’ seba’ snin li rebħet il-WellChild Awards f’Londra.

Matilda Booth li kellha l-opportunità li titkellem mal-Familja Rjali għandha Spina Bifida u hi pparalizzata mis-sider ‘l isfel. Kellha 7 operazzjonijiet f’moħħha u 40 operazzjoni b’kollox, u għalhekk, qattgħet il-biċċa l-kbira ta’ tfulitha l-isptar.

Għaldaqstant, Matilda timpressjona lil ħafna nies li jmorru jżuruha peress li għandha ħafna żelu għall-ħajja u tibqa’ pożittiva. Fil-fatt, għamlet wegħda mal-Prinċep li ma tieqaf titbissem qatt.

Meghan u Harry jagħmlu ħafna sforz biex iżuru lil tfal morda u l-familja tagħhom fiż-żminijiet diffiċli li jkunu qed jgħaddu minnhom.