Meghan u Harry jagħmlu pass lura mill-Familja Rjali

Read in English.

Il-Prinċep Harry u d-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle ħabbru li se jkunu qed iżommu pass lura bħala persuni rjali u se jaqsmu l-ħin tagħhom bejn l-Ingliterra u l-Amerika ta’ Fuq.

Skont il-BBC, il-Familja Rjali ħarġet stqarrija u spjegat li l-koppja mistennija tieħu rwol ġdid. Żiedu li l-pjan tagħhom huwa li jaħdmu u jkunu finanzjarjament indipendenti.