Meghan Markle u l-Prinċep Harry biż-żieda!

Meghan Markle u l-Prinċep Harry għandhom iż-żieda hekk kif laqgħu kelb fil-familja tagħhom.

Skont il-ġurnali Ingliżi, il-koppja Irjali issa għandha labrador li mistennija jeħduh magħhom meta jmorru fid-dar tagħhom f’Costwolds.  Meta jkunu Londra, il-koppja jgħixu f’Nottingham Cottage, proprjetà żgħira qrib il-Palazz, ftit minuti ’l bogħod mill-Prinċep William, Kate Middleton u t-tlett uliedhom, li jgħixu fil-palazz innifsu.

Għadu mhux magħruf jekk il-kelb hux ġeru, u lanqas is-sess u l-kulur.

Fil-passat Meghan kienet uriet is-sensittività tagħha lejn annimali li jiġu salvati, fejn anke kienet adottat żewġt iklieb minn xelter f’Los Angeles, fejn kienet tgħix qabel ma ltaqgħet ma’ Harry. Kelliem għall-Familja Rjali rrifjuta li jikkummenta.