Meghan Markle titwassal sal-artal mill-Prinċep Charles

Se jkun il-Prinċep Charles li għada se jtella’ fuq l-artal lil Meghan Markle biex tiżżewweġ lil ibnu l-Prinċep Harry.
Thomas, missier Meghan mhux se jkun jista’ jattendi għaż-żwieġ ta’ bintu f’Kensington Palace, minħabba li għadha kif saritlu operazzjoni f’qalbu.
Skont il-midja internazzjonali, Prinċep Charles qal li jinsab kuntent li se jkun qed jilqa’ lil Markle fil-Familja Rjali b’dan il-mod.
Buckingham Palace kkonferma li l-Prinċep Philip, id-Duka ta’ Edinburgh, li jiġi n-nannu tal-Prinċep Harry se jattendi t-tieġ.
Id-Duka, għandu 96 sena u qed jirkupra minn operazzjoni f’ġenbu.
Doria Ragland, se twassal lil bintha fis-St George’s Chapel, f’Windsor, fejn se tiltaqa’ mar-Reġina Eliżabbetta għall-ewwel darba.
Iċ-ċerimonja se tibda f’nofsinhar, ħin tar-Renju Unit.
Ritratt: Reuters