Meghan Markle tikser regola kardinali

Reuters

Meghan Markle kisret regola kardinali hekk kif libset l-iswed għal tieġ ta’ ħabiba tal-qalb.

Id-Dukessa ta’ Sussex, li għandha 38, dehret liebsa libsa ta’ Valentino li tiswa mal-€14,000 f’Villa Aurelia f’Ruma. Anke l-istilista Lucas Armitage kien sorpriż bl-għażla ta’ Meghan.

Reuters

L-għarusa, Misha, li għandha 31 sena, hija ħabiba kbira ta’ Meghan u l-Prinċep Harry, u hemm għajdut li kienet hi l-ħuttaba meta laqqgħet lill-koppja f’Lulju tal-2016.