Meghan Markle se tiċċelebra għeluq sninha mhux kif mistenni

Għada Megan Markle se tagħlaq 37 sena iżda jidher li għal din l-okkażjoni se tkun qed tiċċelebra il-ġurnata speċjali ta’ xi ħadd ieħor minflok tagħha.

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex se jkunu qed jattendu għat-tieġ ta’ Charlie Van Straubenzee u Daisy Jenks. Van Straubenzee huwa ħabib antik tal-Prinċep Harry, u aktar kmieni din is-sena huwa attenda għat-tieġ Irjali.

Il-fotografu tal-familja Rjali, Tim Rooke qal fuq Twitter li l-Prinċep se jkun il-bestman ta’ Van Straubenzee.

Dan se jkun it-tieni tieġ li l-Prinċep Harry u d-Dukessa Meghan se jkunu attendew flimkien mindu taw kelma lil xulxin.