Meghan Markle kienet liebsa ċ-ċurkett tal-Prinċipessa Diana

Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ filgħaxija tat-tieġ, Meghan Markle libset iċ-ċurkett tal-Prinċipessa Diana.
Fir-ritratti wieħed seta’ jara ċ-ċurkett bl-iżmiralda fuq saba’ l-għarusa, waqt li hi u l-Prinċep Harry sellmu lil dawk kollha li ħarġu biex jarawhom fit-toroq.
Iċ-ċurkett jista’ jkun rigal mingħand il-Prinċep Harry, hekk kif il-Prinċipessa Diana kienet ħalliet il-ġojjelli kollha tagħha liż-żewġ ulieda sabiex ituhom lin-nisa li jiżżewġu.
F’lista ta’ xewqat, Diana qalet: “nixtieq li nħalli l-ġojjelli tiegħi kollha lill-uliedi, ħalli n-nisa li jiżżewġu jużawhom kif jixtiequ. L-għażla ta’ min jieħu liema ġojjelli nħalliha f’idejkom.”
Diana kienet libset l-istess ċurkett blu waqt irkant tal-gwardarobba tagħha lura fl-1997. Iċ-ċurkett kien parti minn sett, li kien jinkludi ċappetta u par imsielet. Għadu mhux magħruf jekk Markle irċevitx il-bqija tas-sett ukoll.
Kemm iċ-ċurkett ta’ Meghan, kif ukoll dak tad-Dukessa Kate għandhom djamanti mill-kollezzjoni tal-Prinċipessa Diana.
Huwa mifhum li l-Prinċepp William kien ta lil Kate is-saffir ta’ Diana kif ukoll par imsielet tad-djamanti meta żżewġu lura fl-2011.