Megan Montaner f’serje ġdida

Ritratt: CORPORACION RTVE

L-attriċi Spanjola Megan Montaner li ħafna jassoċjawha mal-karattru ta’ Pepa fis-soap opera Il Segreto, mil-lum il-Ħadd 10 ta’ Novembru, se tkun il-protagonista ta’ serje ġdida li se tixxandar fuq l-istazzjon Taljan Canale 5 mid-9.20pm ‘il quddiem.

La Caccia di Monteperdido ntweriet fi Spanja f’Marzu li għadda u oriġinarjament kienet tikkonsisti fi tmien puntati ta’ siegħa ‘l waħda.

Fil-villaġġ ta’ Monteperdido żewġt itfal bniet, Ana u Lucia ta’ 11-il sena, jisparixxu waqt li jkunu sejrin id-dar wara l-iskola.

L-għibien tagħhom huwa misteru kbir.

Ritratt: CORPORACION RTVE

Ħames snin wara Ana tinstab fi stat konfuż. Dan il-fatt iwassal biex żewġ aġenti minn Madrid, Sara Campos u Santiago Bai’n jaslu fil-villaġġ biex imexxu l-istħarriġ.

Ana tiddaħħal l-isptar għall-kura, u issa l-ġenituri ta’ Lucia jibdew jittamaw mill-ġdid li jistgħu jerġgħu jgħannqu magħhom lil binthom.

Ritratt: CORPORACION RTVE

Iżda l-persuna responsabbli mill-ħtif qed tqis il-passi kollha tal-investigaturi u trid tħassar kull traċċa possibbli li jinqabad, kif ukoll li tinstab Lucia.