Medja ta’ 72.6% jivvutaw għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew – skont Schiavone din se tkun ġurnata diffiċli għal PN

Miguela Xuereb

Read in English.

L- għadd ta’ persuni li ħarġu jivvutaw għal dawn l-elezzjonijiet hi ta’ 72.6%.

Din it-turnout huwa l-inqas wieħed f’dawn l-elezzjonijiet Ewropew. Fl-2004, kien hemm 82.4%. fl-2009 kien hemm 78.79%.

Meta mqabbel mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ ħames snin ilu dan ifisser tnaqqis ta’ 2.2%, hekk kif fl-2014, kien hemm 74.8% li marru jivvutaw.

Id-distretti li kellu l-ikbar turnout – kienu l-ħames, is-sitt u s-seba’ distrett kollha kellhom  il’fuq minn  – 75%, waqt li l-10-il distrett kellu l-inqas – 58.9%.

L-iktar lokalita’ bl-ikbar turnout hi Ħad-Dingli b’81.29%, waqt li San Pawl il-baħar ivvutaw biss 31.77%.

Is-soltu l-istess ċifri jkunu ġew ippubblikati sal-11pm u iżda din is-sena dawn iċ-ċifri ġew ippublikati fis-7.30 am.  Ir-raġuni għal dan id-dewmien mhix magħrufa.

Il-listi kif jidhru hawn taħt:

 

Intant, id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone stqarr fuq facebook li l-Partit Nazzjonalista illum għandu quddemu ġurnata diffiċli hekk kif jidher li l-Partit Laburista għamel rebħa kbira ħafna. Huwa qal li dan seħħ minħabba li l-faxxa ta’ Nazzjonalisti ddeċidew li ma joħorġux jivvutaw.