Medja ta’ 33 karozza ġdida kuljum f’Malta

L-għadd ta’ karozzi f’Malta qed jiżdied b’medja ta’ 33 karozza ġdida kuljum.
F’Malta b’kollox hawn ftit aktar minn 375,000 vettura reġistrata fejn 78% minnhom huwa karozzi tal-passiġġieri, 14% vetturi kummerċjali, 7% muturi u l-kumplament li jammonta għal inqas minn 1% jkopri l-karozzi tal-linja u mini buses
Ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-ewwel tliet xhur tas-sena, inħarġet 6,573 liċenzja li fil-parti l-kbira tagħhom – madwar 76% – kienu għall-karozzi tal-passiġġieri.
L-istess ċifri juru li 60% tal-karozzi f’Malta jaħdmu bil-petrol u kważi 40% bid-diesel. Il-persentaġġ ta’ karozzi elettriċi u hybrid flimkien għadu baxx ħafna tant li jammonta biss għal 0.5% tal-karozzi totali fit-toroq Maltin.
Fl-istess perijodu, kien hemm ukoll mas-7,500 karozza li għal xi raġuni jew oħra kellhom jitneħħew mit-toroq.
Kważi 40% ta’ dawn il-karozzi kienu se jinbiegħu filwaqt li mal-31% minnhom ġew skreppjati. Il-bqija tal-karozzi ddaħħlu f’garaxx.