Medja ta’ 16-il persuna ttraffikati kull sena f’Malta

Bejn l-2014 u Mejju tal-2020, 98 persuna sfaw vittma ta’ traffikar. L-akbar ammont ta’ persuni traffikati f’każ wieħed kien fl-2016 b’total ta’ 31 persuna.  

Bejn l-2014 u Mejju tal-2020 kien hemm total ta’ 18-il każ ta’ traffikar.  

Fl-Parlament il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri preżenta statistika li turi sena b’sena mill-2014, kemm kien hemm każijiet fis-sena, in-numru ta’ traffikanti u n-numru ta’ vittmi. Fl-2019 ma kienx hemm każijiet ta’ traffikar uman rraportati.  

Sena Każi Skwadra kontra  Vizzji Numru ta’  Traffikanti Numru ta’ Vittmi 
2014 Każ 1  
  Każ 2 
  Każ 3 
  Każ 4 11 
    
2015 Każ 1 
  Każ 2 
    
2016 Każ 1 31 
    
2017 Każ 1 
  Każ 2 
 Każ 3 
 Każ 4 
    
2018 Każ 1 19 
  Każ 2 14 
  Każ 3 
  Każ 4 
 Każ 5 
 Każ 6 
    
2019 –  –  – 
    
2020 (sa Mejju) Każ 1  1 
    
Total  18  33 98 

Il-Ministru Camilleri kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari li saret mid-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.  

4 każijiet ta’ traffikar uman deċiżi f’6 snin

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis fil-Parlament qal li f’sitt snin ġew deċiżi erba’ każijiet u l-każijiet l-oħra għadhom pendenti.

Fil-Parlament huwa spejga li fl-2014 kien hemm żewġ każijiet deċiżi; fl-ewwel każ kien hemm żewġ vittmi u l-imputat ġie kkundannat sentejn priġunerija u jħallas għall-ispejjeż. Fil-każ l-ieħor kien hemm vittma waħda u l-imputat ġie kkundannat sentejn priġunerija, multa ta’ €5,000 u jħallas għall-ispejjeż. F’dan il-każ l-imputat appella mis-sentenza u għadha pendenti.

Fl-2015 kien hemm każ wieħed li ġie deċiż mill-Qorti. F’dan il-każ kien hemm vittma waħda u ż-żewġ imputati ġew ikkundannati wieħed multa ta’ €1,500 u l-ieħor multa ta’ €50 u ġie liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn.

L-aħħar każ ġie deċiż fl-2017 li ħalla żewġ vittmi. Iż-żewġ imputati ġew ikkundannati 12-il sena ħabs kull wieħed u jħallsu għall-ispejjeż. Il-Qorti kienet ħarġet ordni ta’ protezzjoni għall-ħames snin fuq il-vittmi. F’dan il-każ l-imputati appellaw mis-sentenza u għadha pendenti.

Il-Ministru Zammit Lewis kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudetter Buttigieg.