​Medja ta’ 1,250 test tal-urina fuq priġunieri fis-sena

Fl-aħħar tlett snin saru medja ta’ 1,244 test tal-urina fuq priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, tnaqqis ta’ 13 fil-mija fuq l-2012.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela għall-mistoqsijiet tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Fl-aħħar tliet snin saru 3,732 test tal-urina fuq il-priġunieri u 220 test fuq il-gwardjani tal-ħabs.
It-testijiet fuq priġunieri żdiedu minn 242 fl-2009 għal 1,440 fl-2012.