MeDirect Malta jniedi mobile app

Read in English.

MeDirect Malta nieda l-mobile banking app tiegħu li biha l-klijenti tal-bank jistgħu jaraw il-bilanċi u l-investimenti tagħhom, u jagħmlu t-tranżazzjonijiet finanzjarji mill-ismartphones tagħhom x’ħin u minn fejn iridu.

L-app hija disponibbli kemm fuq smartphones Android u anke iOS, u tista’ tintniżżel b’xejn mill-Google Play jew mill-App Store.

Il-MeDirect mobile app toffri lill-klijenti mod konvenjenti biex jieħdu kontroll tal-finanzi tagħhom f’idejhom billi jaraw il-bilanċi u l-lista ta’ tranżazzjonijiet tal-kontijiet tat-tfaddil tagħhom kif ukoll isegwu l-progress tal-flus imfaddla u tal-investimenti tagħhom. Id-disinn ta’ l-app jinkludi ċirku kkulurit li bih il-klijenti jkollhom idea ġenerali ċara u ta’ malajr tal-finanzi attwali tagħhom.

Permezz ta’ l-app, il-klijenti jistgħu jittrasferixxu flus bejn il-kontijiet tagħhom stess u f’ -kontijiet ta’ terzi persuni. Wieħed jista’ wkoll iżid, ineħħi jew jeditja  benefiċjarji (ismijiet ta’ nies lil min se jintbagħtu l-flus) u anke jikkopja dettalji bħall-IBAN u l-BIC, biex jiffaċilitaw it-trasferimenti ta’ flus.

Din l-app ġiet żviluppata minn ħaddiema ta’ MeDirect stess u fiha l-ogħla livell ta’ sigurtà għal min jużaha permezz tal-funzjonalità MeCode, li tippermetti li wieħed jidħol b’mod sigur fuq il-pjattaforma online tal-bank . Il-klijenti jistgħu jidħlu fl-app u jagħmlu l-pagamenti tagħhom b’għadd ta’ teknoloġiji bijometriċi bħat-Touch ID, Face ID jew is-sistema aktar tradizzjonali tal-PIN b’sitt numri.

Arnaud Denis, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp MeDirect, qal: “Aħna kontinwament qed nippruvaw intejbu s-servizzi lill-klijenti tagħna u t-tnedija tal-ewwel fażi tal-mobile banking app f’Malta hija pass f’din id-direzzjoni. Fix-xhur li ġejjin se nżidu aktar funzjonalità innovattiva f’din l-app sabiex tkun tista’ tkopri l-bżonnijiet bankarji u tal-investiment kollha tal-klijenti tagħna.”

Il-bank se jibqa’ jniedi aġġornamenti fl-app u fis-sigurtà tagħha b’mod regolari. L-app tista’ titniżżel kemm minn klijenti eżistenti u dawk ġodda ta’ MeDirect f’Malta. Jekk wieħed huwa diġà klijent tal-bank, kulma jrid jagħmel hu li jidħol fil-pjattaforma online  tal-bank u jikkonnettja l-kontijiet tiegħu mal-app. Jekk wieħed għadu mhux klijent ta’ MeDirect, jista’ jsegwi struzzjonijiet sempliċi kif jiftaħ kont mal-bank u kif juża din l-app il-ġdida billi jżur is-sit.

Għal aktar tagħrif fuq il-MeDirect mobile app, tista’ żżur is-sit.