Mediċini għad-dijabetiċi li jiswew €130 għandhom ikunu b’xejn – Zammit Dimech

Luke Zerafa

Il-Membru Parlamentari Ewropew Francis Zammit Dimech qal li l-mediċini importanti għad-dijabetiċi li jiswew bejn €60 u €130 għandhom jiddaħħlu fil-formularju nazzjonali u b’hekk jingħataw b’xejn lill-pazjenti.

Fi stqarrija ffirmata wkoll mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Mario Galea, il-Partit Nazzjonalista qal li saru diversi appelli inkluż minn professjonisti biex din il-mediċina tingħata b’xejn.

Francis Zammit Dimech, li huwa wkoll il-ko-President tal-grupp ta’ ħidma tad-dijabete tal-Unjoni Ewropea qal li l-familji li qed jiltaqa’ magħhom qed jgħidu li t-tfal tagħhom għadhom qed jistennew monitors tal-glucose kontinwu (CGM) b’xejn. L-istqarrija ttemm tgħid lill-Gvern biex iżomm ma dak li wiegħed għax is-CGMs jgħinu lit-tfal biex jimmonitorjaw il-livell taz-zokkor tagħhom mingħajr l-użu tal-labar diversi drabi kuljum.

F’Lulju li għadda, fi Vlogg fuq Newsbook.com.mt, Zammit Dimech kien appella lill-Gvern biex jagħmel aktar jekk irid jiġġieled id-dijabete bis-serjetà.

Vlogg: Appell lill-Gvern: ħu d-dijabete bis-serjetà