Mediċina ttestjata fl-Ingilterra li tista’ tipprevjeni lil nies esposti għall-virus milli joħorġilhom

A lab worker at Ethiopia’s National Influenza and Arbovirus Laboratory on 11 February 2020. The lab started testing for COVID-19 on 7 February 2020..“The test is not complicated. We now have the reagents and the necessary documentation. Once the samples are submitted we provide results within the same day. Currently we receive up to four samples a day for testing, but we anticipate that this will increase,” says Adamu Tayachew, who heads an eight-member technician team at the National Influenza and Arbovirus Laboratory. ..Ethiopia is strengthening surveillance, diagnostics and medical care and public health information in readiness for a potential coronavirus outbreak. The country is a major African airline gateway. Its national airline operates 34 flights a week to China. ..For more see: https://www.afro.who.int/news/ethiopia-stepping-readiness-coronavirus-disease-outbreak.Photo: WHO/Otto Bakano. .
WHO

Ix-xjentisti Ingliżi qegħdin jittestjaw droga ġdida li tista’ tipprevjeni lil xi ħadd li ġie espost għall-coronavirus milli joħroġlu l-virus.

Skont l-esperti, jekk din id-droga taħdem, tista’ ssalva ħafna ħajjiet, jirrapporta The Guardian.

It-terapija kieku tiggarantixxi immunità kontra l-coronavirus, u tista’ tingħata bħala trattament ta’ emerġenza lill-pazjenti fl-isptarijiet u lill-anzjani fir-residenzi sabiex tiġi kkontrollata l-firxa tal-virus. Nies li joqogħdu ma’ xi ħadd li jkollu l-coronavirus ikunu jistgħu jieħdu din il-mediċina biex jiżguraw li huma ma jaqbadhomx il-coronavirus.

Id-droga ġiet żviluppata mill-University College London Hospitals u mill-kumpanija farmaċewtika AstraZeneca li ħadmet ukoll fuq wieħed mill-vaċċini li waslu fl-aħħar stadji.

It-tim li qed jaħdem fuq din il-mediċina qed jittama li din isservi għal bejn sitta u 12-il xahar. Dawk li qed jipparteċipaw fit-testijiet qed jieħdu żewġ dożi tad-droga.

Jekk tiġi approvata, tista’ tkun disponibbli f’Marzu jew April.