Mediċina out of stock mill-ispiżeriji tal-Gvern

Numru ta’ mediċini fosthom dawk li jittieħdu għall-mard kroniku, jinsabu out of stock mill-ispiżeriji tal-Gvern, bil-konsegwenza li l-pazjenti qed ikollhom jixtruhom bi flushom.

Qarrejja ta’ Newsbook.com.mt ilmentaw li l-mediċina li huma dipendenti fuqha u li jridu jieħdu kuljum, mhumiex qed isibuha fl-ispiżeriji tal-Gvern.

Dawn il-mediċini jinkludu l-Lisinopril għal pressjoni għolja u problemi fil-qalb, l-Omeprazole għall-ħruq kroniku fl-istonku, is-suppożitorji Mesalazine li jintużaw għall-infjammazjoni qawwija fl-imsaren, kif ukoll il-Creon għal min ibati biex jiddiġerixxi l-ikel . Jinsabu neqsin ukoll mill-ispiżeriji s-Salicylic acid u d-Decutan għall-kundizzjonijiet fil-ġilda.

L-Omeprazole jiswew €11.72, il-Lasiniprol bejn €10.55 u €19.96, is-Salicylic acid €2.14 u d-Decutan €18.

Il-Ministeru tas-Saħħa għadu ma weġibx il-mistoqsijiet li bagħat Newsbook.com.mt fil-bidu tal-ġimgħa.