Mediċina għall-ADHD bdiet tingħata b’xejn mill-Gvern

Mediċina li tintuża fost pazjenti affetwati bil-kundizzjoni tal-Attention Deficit and Hyperactivity Disorder(ADHD) bdiet tingħata b’xejn hekk kif ġiet introdotta fuq il-formolarju tal-Gvern.
Il-mediċina Concerta bħalissa qed titqassam fl-ispiżeriji taħt l-iskema tal-POYC, biex tkun aċċessibbli għall-pazjenti. 
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa qal li din il-mediċina bdiet tingħata b’xejn skont protokoll maqbul mal-ispeċjalisti tat-tfal.
Iċċara li mhux bilfors li kull min ibati bl-ADHD ikollu bżonn din il-mediċina partikolari.