Mediċina ġdida għall-kanċer tas-sider b’xejn mill-Gvern

Read in English.

Mediċina għall-kanċer tas-sider fi stadju avvanzat, fluvestrant injection, iddaħħlet fil-formularju tal-Gvern u se tkun qed tingħata b’xejn lill-pazjenti li jkollhom bżonnha.

Huwa stmat li madwar 15-il pazjenti kull sena se jkunu qegħdin jingħataw din il-mediċina.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal fi stqarrija li matul l-aħħar snin ddaħħlu fuq il-formularju tal-gvern diversi mediċini għall-kanċer fosthom għall-kanċer tas-sider, prostata, pulmun u ġilda. Matul l-2020 biss, huwa stmat li l-Ministeru għas-Saħħa se jkun qed jonfoq madwar €18-il miljun ewro għall-mediċini ġodda tal-kanċer.

Il-Gvern qal li din il-miżura kienet waħda mill-proposti mniżżla fil-Programm Elettorali ta’ Ġunju 2017.