Mediċina ġdida għall-kanċer tal-lewkimja

Il-Gvern żied mediċina ġdida tal-kanċer għal-lewkimja, kanċer fid-demm, Azacitidine.
Fi stqarrija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li din il-mediċina se tintuża għal persuni anzjani, li minħabba raġunijiet varji, ma jistgħux jingħataw it-trattamenti standard għal dan it-tip ta’ kanċer.
Stqarr li l-Azacitidine tista’ tingħata wkoll bħala mediċina outpaient u għalhekk se tkun qed tnaqqas il-bżonn li pazjenti jiddaħħlu l-isptar għat-trattament, kif ukoll tnaqqas il-bżonn ta’ trasfużjoni tad-demm jew platelet.
Dr Fearne spjega li din hija r-raba’ mediċina għall-kanċer li ġiet introdotta din is-sena u żied jgħid li l-lista ta’ mediċini ġodda għall-kanċer se tiġi estiża.
Spjega li fl-aħħar baġit ta’ din is-sena ġew ivvutati €3 miljun għall-mediċini tal-kanċer.
Ritratt: DOI: Kevin Abela