Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li fuq il-formularju tal-Gvern se tiżdied mediċina għal min ibati minn mard kroniku li jaffettwa n-nifs.
Dawn il-mediċini jissejħu LAMAs u huma ta’ għajnuna għal dawk li jbatu minn chronic obstructive pulmonary disease li hija kundizzjoni kronika fil-pulmun.
Il-Professur Stephen Montefort saħaq li permezz ta’ din il-mediċina, il-pazjenti, li jammontaw għal madwar 6,000, se jkollhom il-kundizzjoni tagħhom iżjed ikkontrollata u b’hekk ma jkollhomx il-ħtieġa li jmorru l-isptar b’mod frekwenti speċjalment fix-xhur tax-xitwa.
Il-Ministru Chris Fearne qal li minbarra l-investiment fuq mediċini ġodda qiegħed isir investiment fuq ir-riżors uman. Mistennija jiġu impjegati tliet konsulenti oħra li jispeċjalizzaw fuq mard respiratorju fl-Isptar Mater Dei.