Mediaset jiċċelebra għeluq snin Can Yaman

Can Yaman
Can Yaman: Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset

F’okkażjoni ta’ għeluq snin l-attur popolari Trok Can Yaman, protagonist tas-sensiela DayDreamer, nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru l-istazzjon Taljan tal-Mediaset La5 se jkun qed jiddedika l-ħin ta’ wara nofsinhar għal programm speċjali bl-isem ta’ Buoncompleanno Can. Dan se jixxandar fis-6.40pm u se jinkludi ħafna kurżitajiet interessanti dwaru mhux biss bħala attur iżda wkoll dwar it-tfulija tiegħu.

L-attur, li twieled nhar it-8 ta’ November tal-1989 se jkun qed jiċċelebra għeluq il-31 sena tiegħu.

Can Yaman u Demet Ozdemir f’DayDreamer. Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset

Mhux biss, iżda eżatt malli jispiċċa dan il-programm speċjali, l-istazzjon La 5 se jkun qed ixandar repetizzjoni tal-ewwel żewġ puntati tas-sensiela DayDreamer. Dawn se jkunu qed jixxandru bejn is-7.15pm u d-9.15pm.