Meatballs taċ-ċanga Bourguignon

Ingredjenti

Għall-meatballs

450g ikkapuljat taċ-ċanga

50g frak tal-ħobż tal-pakkett

1 bajda

30g basal imqatta’ rqiq

2 irjus tat-tewm mgħaffġa

nofs kuċċarina tursin imqatta’

½ kuċċarina melħ

½ kuċċarina bżar

30g dqiq

mgħarfa żejt

Għall-istew

5 zunnarija maqtugħin fi tnejn min-nofs

½ basla kbira mqattgħa

120g faqqiegħ slajsjat

2 irjus tat-tewm mgħaffġa

1 tazza nbid aħmar

1 tazza brodu taċ-ċanga

1 kuċċarina sagħtar (thyme) niexef

1 kuċċarina melħ

1 kuċċarina bżar

1 werqa randa

Metodu

Agħmel il-meatballs billi tħallat flimkien l-ingredjenti kollha għall-meatballs minbarra d-dqiq u ż-żejt. Ifforma blalen daqs 5 ċm u rembilhom fid-dqiq sakemm jinksew tajjeb bih.

Saħħan iż-żejt f’borma u aqli l-meatballs għal 5 minuti. Neħħihom mill-borma u ħallihom f’ġenb.

Fl-istess borma itfa’ z-zunnarija, il-basla, il-faqqiegħ u t-tewm. Sajjar fuq nar moderat għal 10 minuti. Żid l-inbid, il-brodu, is-sagħtar, il-melħ u l-bżar u l-werqa randa.

Erġa’ poġġi l-meatballs fil-borma ma’ dawn l-ingredjenti u sajjar fuq nar moderat sakemm il-ħaxix isir u jirtab.