​MDRA for Charity

Nhar it-Tnejn li ġej, filwaqt li hi festa pubblika, għandha tkun ġurnata sabiħa għad-dilettanti kollha tal-karozzi.
Se tiġi organizzata edizzjoni oħra tal-MDRA for Charity fil-Malta Drag Racing f’Ħal Far.
L-attività tibda fid-disgħa ta’ filgħodu u hija miftuħa għal kull tip ta’ karozza sew għall-Car Show, Drifting jew Sound Competition.
Il-ħlas tad-dħul se jkun ta’ €2.50 u €5 għal min juża t-trakka.