McLaren se jeqilbu l-magna għal Mercedes

McLaren se jkunu qed ibiddlu l-magna għal Mercedes mis-sena 2021. McLaren iffirmaw kuntratt li bih għandhom minn tal-inqas sal-2024. Mis-sena li għaddiet huma kienu qed jużaw il-magni ta’ Renault.

Id-deċiżjoni ttieħdet għax McLaren qed ifittxu li jikkompetu kontra l-aqwa karozzi wara li fiż-żmien li għadda waqgħu lura.

Il-kuntratt se jerġa’ jqajjem sħubija li kienet diġà eżistenti bejn l-2005 u l-2014. Il-ftehim il-ġdid sar minħabba żewġ raġunijiet – il-magna ta’ Mercedes issudat aktar minn tar-Renault meta introduċew il-magna turbo-hybrid. Il-provvista li se tinxtara mill-kumpanija Ġermaniża għandha tiswa inqas mir-Renault.