McGregor se jkollu jħallas t’għemilu

L-istilla tal-UFC Cono McGregor mistenni jeħel multa wara li allegatament ħebb għal-raġel f’pub. Skond xi filmati li tfaċċaw jumejn ilu, McGregor kellu xi jgħid ma’ raġel ġewwa Marble Arch fin-nofsinhar ta’ Dublin.

Fil-filmat li tela’ fuq il-midja, McGregor jidher jagħti daqqa’ b’idu x-xellugija f’wiċċ raġel, qabel ma xi nies ħaduh ‘l barra. Il-vittma bilkemm iċċaqlaq wara li laqqatha f’wiċċu u deher li baqa’ kalm.

McGregor deher li ma kienx kuntent meta l-vittma qaltlu li ma riditx il-whiskey li offrielu.

Il-ġellied tal-UFC se jkollu jidher quddiem il-qorti wara li l-prosekuzzjoni pubblika ddeċidiet li hemm biżżejjed provi biex ikun mixli. Hu se jidher quddiem il-qorti distrettwali ta’ Dubli biex iwieġeb għall-akkużi miġjuba kontrih. Jekk jinstab ħati, se jkollu jħallas multa għar-reat.