McGregor lura għall-ġlied wara 1,163 ġurnata: jirbaħ f’40 sekonda

Conor McGregor irritorna għall-UFC bi kbir. Hu rnexxielu jirbaħ kontra Donald Cerrone wara biss 40 sekonda.

L-Irlandiż kien qed jispera li jirbaħ 1,163 ġurnata mindu rebaħ l-aħħar logħba tiegħu. Il-veteran Amerikan Cowboy Cerrone mill-ewwel beda fuq l-attakk iżda McGregor irrisponda b’daqqiet sodi bl-ispalla. X’ħin tbegħdu minn xulxin, McGregor ta daqqa ta’ sieq għolja. Din id-daqqa rebħitu l-logħba malajr.

Cerrone beda miexi b’lura u McGregor għaraf li kien il-ħin opportun biex itemm il-logħba. Ir-referee Herb Dean iddeċieda li Cerrone qala’ wisq daqqiet u b’hekk waqqaf il-logħba.

McGregor li kien ilu ma jiġġieled mindu kellu l-ġlieda kontra Khabib Nurmagomedov 15-il xahar ilu, qal li d-daqqiet kienu sodi. Qal li jħossu tajjeb ferm li reġa kiteb ismu fl-istorja b’rekord ieħor. Hu sar l-ewwel raġel li rebaħ b’knockouts fi tliet diviżjonijiet differenti ta’ piż.