McGregor juri kif trasforma mindu weġġa’ idu

Conor McGregor tella’ ritratti li juru t-trasformazzjoni li għamel qabel ir-ritorn tiegħu fil-UFC. L-Irlandiż dan ix-xahar minn Moska ħabbar li se jirritorna f’nofs Jannar tas-sena d-dieħla wara sena barra.

L-aħħar li ġġieled kien f’Ottubru tal-2018 meta tilef kontra r-rebbieħ tal-lightweight Khabib Nurmagomedov. Sfortunatament McGregor weġġa’ idu x-xellugija u żammitu milli jkompli jikkompeti.

Madankollu, McGregor mistenni jirritorna f’Las Vegas mal-veteran tal-UFC Donald ‘Cowboy’ Cerrone.

Xejn m’għadu ċert iżda skont rapporti barranin, l-atleta żied madwar 12-il kilo ta’ muscle kemm ilu wieqaf.