McGregor iweġġa’ idu fil-preparamenti kontra Khabib

Conor McGregor tkellem dwar l-aħħar inċident li kellu hekk kif spiċċa b’idu infaxxata. Huwa qal li kawża tat-training intensiv li qed jagħmel bħalissa, spiċċa biex weġġa’ idu x-xellugija. McGregor bħalissa qed jipprepara ruħu biex jirritorna fil-UFC.

L-istilla Irlandiża ta’ 30 sena, tefa’ ritratt fuq Instagram fejn wera lill-31 milljun persuna li ssegwih fuq l-istess Instagram, idu nfaxxatha. Hu qal li l-inċident seħħ waqt li kien qed jittrenja għar-ritorn kontra Khabib Nurmagomedov wara li Ottubru li għadda spiċċa tilef kontrih.