McGinn isalva l-logħba għall-Iskoċċiżi

John McGinn skurja r-raba’ gowl mat-tim nazzjonali Skoċċiż f’żewġ logħbiet. Il-gowl li skurja kontra Ċipru ta’ tagħma lit-tim kollu u rnexxielhom jirbħu l-logħba. Konsegwenza ta’ dan, it-tim ta’ Steve Clarke telgħu pożizzjoni ‘l fuq fi Grupp I.

Għalkemm l-Iskoċċiżi ma jistgħux jikkwalifikaw għall-Euro 2020, il-head coach qabel il-logħba kontra Ċipru esprima x-xewqa li t-tim jispiċċa minn tal-inqas fit-tielet post qabel il-play-offs f’Marzu. Biex jilħqu l-mira li tagħhom il-head coach, riedu jirbħu bilfors kontra Ċipru.

Riżultati oħra:

Grupp C

Germany 4-0 Belarus

N. Ireland 0-0 Netherlands

Grupp E

Azerbaijan 0-2 Wales

Croatia 3-1 Slovakia

Grupp G

Slovenia 1-0 Latvia

Austria 2-1 North Macedonia

Israel 1-2 Poland

Grupp I

Russia 1-4 Belgium

San Marino 1-3 Kazakhstan