McDonalds fir-Russja b’erba’ ristoranti inqas

F’deċiżjoni li qed titqies li għandha motivazzjoni politika, il-Gvern Russu ddeċieda li jagħlaq erba’ stabbilimenti tal-McDonald’s fil-kapitali Moska.

Ir-raġuni li qed tingħata l-kumpanija tal-ikel fast-food hija li kien hemm ksur ta’ regoli ta’ indafa.

Din id-deċiżjoni ttieħdet qalb tensjoni li qed tikber bejn il-Gvern Amerikan u r-Russja fuq is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

Wieħed mir-ristoranti tal-McDonalds li se jkollu jagħlaq huwa l-ewwel wieħed li kien fetaħ fir-Russja.

Il-kumpanija qed tgħid li dan ir-restorant partikolari huwa fost l-aktar frekwentat fid-dinja.