​McClaren lura fiċ-Championship ma’ QPR

Queens Park Rangers ħabbru li Steve McClaren inħatar bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom fuq kuntratt ta’ sentejn.
McClaren, huwa eks kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż kif ukoll ta’ Middlesbrough, kien diġà qatta’ żmien ma’ QPR bejn Lulju u Settembru tal-2013.
Hu se jkun qed jieħu post Ian Halloway li kellu staġun ferm diżappuntanti hekk kif QPR spiċċaw fis-16-il post tal-klassifika. McClaren stqarr li jinsab ħerqan sabiex jibda jaħdem mat-tim il-ġdid tiegħu u jemmen li ż-żgħażagħ li jinsabu fl-iskwadra jista’ jkollhom rwol importanti fil-metodu offensiv li jixtieq japplika.