MCAST: “L-MUT qed tmur kontra kull proposta li nagħmlu”

Fl-aħħar jumejn l-MCAST ipproponiet numru ta’ proposti li jinkludu paga aħjar għall-għalliema u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar. Għaldaqstant, l-MCAST saħqet li l-Unjin tal-Għalliema (MUT) qed tirrifjuta l-offerti u qed tinsisti li tkompli bl-istrajks u l-azzjonijiet industrijali.
Fi stqarrija l-MCAST qalet kif bħala istituzzjoni qed tagħmel l-għalmu tagħha sabiex iżżomm attitudni pożittiva u ssib soluzzjonijiet ġusti u favorevoli għal kulħadd.
Għaldaqstant tgħid li l-MUT qed tbiddel ir-raġunijiet tagħha kull darba li jkun kważi ntlaħaq xi tip ta’ ftehim.
Fl-aħħar jiem, l-MCAST proponiet li l-pagi u l-allowances tal-għalliema tal-MCAST li għandhom l-istess kwalifiki tal-letturi tal-Junior College, isiru telekwali għal dawk tal-Junior College.
L-MCAST insistiet li saħansitra pproponiet il-possibiltà li kull għalliem fl-MCAST jirċievi l-istess paga ta’ dawk tal-Junior College, anke jekk m’għandhomx il-kwalifiki neċessarji, fejn xi għalliema jirċievu l-massimu tal-paga bejn l-2018 u l-2019, u oħrajn jilħqu l-massimu tal-paga sa’ ħames snin oħra.
Proposta oħra li għaddiet l-MCAST kienet dik li jiżdidu l-allowances li jieħdu l-għalliema minn €450 għal €2000 fis-sena, li jitnaqqsu s-sigħat li wieħed jgħallem, u li tiżdied il-paga tas-sigħat żejda li jaħdmu għal dik ta’ €26 fis-siegħa.
Għaldaqstant, l-MCAST qalet li l-MUT irrifjutat l-offerti kollha, minkejja li skont l-MCAST, qed jiġi offrut l-aħjar ftehim kollettiv li qatt ra’ l-istaff akkademiku tal-MCAST fis-16-il sena li ilu jeżisti.