MCAST: Edukaturi mħarrġa dwar l-iskills kit għall-istudenti

Il-kap tal-Foundation College fl-MCAST, Dr Tatjana Chircop qassmet iċ-ċertifikati lill-Viċi Kap, l-għalliema u l-learning support educators tal-Education Hub fl-Imsida li attendew għas-sessjonijiet tal-iSkill Kit aktar kmieni din is-sena.

Il-programm Skill Kit huwa programm intenzjonat għal studenti li jippreferu jistudjaw bil-pass tagħhom f’xogħlijiet vokazzjonali. L-istudenti għandhom numru ta’ suġġeti li jistgħu jagħżlu, fosthom l-isport, il-kura tal-annimali, l-arti u s-sbuħija.

Dawk li jlestu l-programm u jiksbu 30 Skill Kit ikunu jistgħu jieħdu ċ-ċertifikat introdottorju tal-MCAST kif ukoll ikunu jistgħu javvanzaw għat-tieni livell tal-programm.