Mbong jingħata l-unur bħala l-aqwa plejer żagħżugħ

L-unur għall-aqwa plejer żgħażugħ waqt il-Malta Football Player Awards (MFPA) mar għand l-attakkant ta’ Ħibs Joseph Mbong li ġie nominat għall-ewwel darba. Huwa rnexxielu jirbaħ b’kollox żewġ unuri waqt is-serata.

L-għola unur, mar għand id-difensur ta’ Valletta u tat-tim Nazzjonal Malti, Steve Borg. Waqt is-serata kien hemm ukoll diversi unuri oħra fosthom l-Unur li ingħata lill-President Emeritus George Abela. Huwa ingħata l-MFPA Merit award bħala rikonoxximent tax-xogħol li għamel waqt il-presidenza tiegħu fit-tmun tal-MFA, u l-effetti pożittivi li dawn il-miżuri għad għandhom.