​Mbappe l-aqwa plejer żagħżugħ

L-attakkant żagħżugħ ta’ PSG Kylian Mbappe rebaħ il-Golden Boy Award, unur illi jingħata lil dawk il-plejers illi għadhom m’għalqux 21 sena.
Mbappe ġabar 291 vot u għadda b’distakk kbir lill-plejer fit-tieni post Dembele illi ġab 149 vot.
It-talent Franċiż tella’ l-profil tiegħu internazzjonalment matul l-istaġun illi għadda meta lagħab ma’ Monaco fil-UEFA ChampionsLeague u għenhom jaslu sas-semifinali. Hwua skorja xejn inqas minn 26 gowl f’44 partita bil-flokk tal-klabb mill-prinċipat.
Bħalissa jinsab misluf ma’ PSG u diġà skorja 4 gowls fl-ewwel 11-il ħarġa tiegħu.
Mbappe ingħaqad ma’ lista ferm famuża li rebħu dan l-unur fil-passat bħal Pogba, Martial, Sanches, u Sterling.