Mbappe jitħalla barra mit-taħriġ wara tilwima ma’ Raggi

L-attakkant Franċiż ta’ Monaco, Kylian Mbappe tħalla barra mis-sessjoni ta’ taħriġ ta’ din il-ġimgħa wara tilwima mal-kollega tiegħu Andrea Raggi.
Huwa lanqas ma kien inkluż fir-rebħa li l-club tiegħu kiseb kontra Metz bl-iskor ta’ 1-0.
Jidher illi l-plejer jinsab nervuż u frustrat għax jixtieq illi l-ftehim mar-rivali Paris St Germain jiġi konkluż mill-aktar fis possibbli. 
Qed tissemma’ ċifra ta’ €200 miljun għall-akkwist tat-talent żagħżugħ Franċiż.