Mbappe bin-numru 10

mbappe

Il-Federazzjoni Franċiża ħabret in-numri li ser jilbsu l-plejers ta’ dan il-pajjiż matul il-kampjonat tat-Tazza tad-Dinja.
Paul Pogba u Antoine Griezmann ser ikollhom in-numru 6 u n-numru 7 rispettivament filwaqt li Kylian Mbappe mistenni jġorr fuq dahru n-numru 10.
L-attakkant ta’ Paris St Germain, meqjus bħala talent kbir fix-xena kalċistika, se jimxi fuq il-passi ta’ leġġendi bħal Michel Platini u Zinedine Zidane li fl-imgħoddi libsu dan in-numru ikoniku. Minkejja li għad għandu biss 19-il sena, l-eks attakkant ta’ Monaco huwa mistenni jmexxi l-attakk ta’ Didier Deschamps flimkien ma’ Antoine Griezmann.
Fis-16 ta’ Ġunju Les Bleus ħa jagħtu bidu għat-tentattiv li jgħollu t-Tazza tad-Dinja għat-tieni darba fl-istorja tagħhom meta jilagħbu kontra l-Awstralja f’Kazan.