“Mbappe aktar professjonali minn Messi” – Giuly

Skont l-eksplejer ta’ Barċellona, Ludovic Giuly, il-plejer ta’ PSG Kylian Mbappe qed juri aktar professjonaliżmu minn Lionel Messi meta kellu 18-il sena.
Giuly ikkonferma illi dan il-plejer huwa l-aqwa wieħed fid-dinja bħalissa wara staġun tal-ħolm ma’ Monaco fejn skorja ħafna gowls. Fil-fatt, hu skorja 16-il gowl f’41 partita li lagħab mal-klabb tal-prinċipat.
L-eksplejer Franċiż bassar illi dan iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena ser ikollu karriera mill-aqwa quddiemu u li għad nisimgħu aktar b’ismu fil-futur qarib.