Mazda tagħlaq l-2014 b’żieda ta’ 19% fil-bejgħ

Bażikament, kull mudell new-generation tal-Mazda sab bejgħ tajjeb. Il-Mazda3, sena fuq sena rat żieda fil-bejgħ għal kważi 50,000 karozza. Il-Mazda CX-5 kien l-iktar mudell popolari tal-kumpanija li nbigħ fl-Ewropa, bi ftit inqas minn 58,000 karozza mibjugħa.
Tul l-2014, kienu l-Portugal, il-Polonja u Spanja li żammew l-ikbar pass ta’ bejgħ b’79%, b’77% u b’71% rispettivament. Tkabbir partikolari ta’ bejgħ kien fis-swieq kbar tal-Ġermanja u r-Renju Unit li raw tkabbir ta’ 17% u ta’ 21% rispettivament.
Għall-2015, il-Mazda tibqa’ fiduċjuża li żżomm il-kolp, anki meta wieħed jikkunsidra l-mudelli ġodda li se tkun qed toħroġ fis-suq permezz tal-Mazda2 iżjed tard dix-xitwa, permezz tal-Mazda CX-3 fil-bidu tas-sajf li ġej u finalment permezz tal-Mazda MX-5.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt