Maya x’inhi tikteb mal-ħajt taċ-ċella tagħha?

Maya

L-episodji mill-ewwel staġun ta’ Division 7 ikomplu mil-lum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-7.45pm fuq l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315. Dan hu dak li se jiġri ġurnata b’ġurnata matul din il-ġimgħa.

It-Tnejn 25 ta’ Mejju

Maya x’inhi tikteb mal-ħajt taċ-ċella tagħha? Xi jfissru dawk il-kwotazzjonijiet’? Magħha kien hemm priġuniera oħra qabel ġiet trasferita f’ċella oħra. Min kienet? U għaliex tneħħiet min magħha? Ir-rejd li għamlu l-Pulizija fuq Mahmoud x’konsegwenzi se jkollu fuq in-negozju ta’ Hassan u Amir? U l-Vleġġa min hu? Kif irnexxielu Amir jiskopri kollox dwar il-ħajja privata tiegħu? Se taċċetta Miss Buhagiar li Troy m’għamilx il-copy għax missieru qallu biex ma jagħmilhiex? Fr Rene u ommu Doris jafu lil waħda mil-priġunieri, liema waħda? U kif jafuha?

It-Tlieta 26 ta’ Mejju

Min hi l-persuna li Amy ċemplet u rreferiet għaliha bħala s-sabiħa tagħha? U x’qegħda tagħmel bihom il-flus li qed taħbi ġol-brush? Fr Rene jitkellem ftit ma’ ommu dwar is-sessions tal-ħabs u jgħidilha bl-istorja ta’ Maryanne. Fr Rene x’għandu f’moħħu li jagħmel Fr Rene? Chris jgħid lil Matthew li Mahmoud iddeċieda li jgħinhom, huwa minnu dan? U jekk iva, fhiex se jgħinhom? Se jagħti lil Matthew dik l-informazzjoni li tant ilu jiġri warajha? Amir ħeba il-mobile ta’ Hassan fil-kexxun tal-garage tiegħu. Għaliex lil Hassan qallu li kien ħeles mill-mobile? Xi skop għandu f’moħħu? U għaliex qed imur daqshekk spiss waħdu fil-garaxx?

L-Erbgħa 27 ta’ Mejju

Troy jispiċċa jeħel copy doppja wara li Miss Buhagiar ma taċċettax il-fatt li missieru kien qallu biex ma jagħmilhiex. Għaliex Miss Buhagiar hija daqshekk ħarxa mal-istudenti? Jista’ jkun għax għandha xi problemi personali u qed tiżvoga fit-tfal? Jew għandha xi antipatija għal Troy? Min sparalu lil Mahmoud? U min spara kellu l-għan li joqtlu jew li jbeżżgħu? Forsi kien xi messaġġ għall-ispettur għax qed ideffes wisq imnieħru fejn ma jesgħux? Kif se jeħduha Amir u Hassan l-aħbar ta’ din l-isparatura? Diane tkompli tipprova titkellem ma’ Maya. Se jirnexxielha tikkonvinċiha titkellem u tiftaħ qalbha magħha? Diane hija persuna ġenwina? Jew għandha xi skop sekondarju f’moħħha? 

Il-Ħamis 28 ta’ Mejju

Fr Rene jidher li sejjer tajjeb ħafna mal-priġunieri. Dan jidher sew fis-sessjoni li se narawh magħhom fejn se jtihom iċ-ċans li jgħaddu siegħa jidħqu u jiċċajtaw ma’ xulxin, xi ħaġa li żgur issaħħaħ l-għaqda li hemm bejniethom. Niskopru x’ġara fil-passat ta’ Julia hekk kif ikompli joħroġ il-fatt li Ali kien jippreferi ħafna aktar lil Hassan milli lill-Amir. Imma għaliex? Matthew u t-tim tiegħu imorru fuq il-post jinvestigaw il-qtil ta’ Mahmoud. X’se jsibu?

Il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju

Issa li Rita sabet il-ħaxixa li jaħbi Roderick u qaltlu biha, x’ser jagħmel? Se jieqaf iġib? Jew xorta se jibqa’ għaddej qisu ma ġara xejn? Sarah sirna nafu li ssuq il-Go Karts u għandha rivali qawwijja f’Mariah. Kif ser tkompli r-rivalità ta’ bejniethom? U din ir-rivalità qegħda biss fit-tlielaq tal-Go Karts? Jew anke Troy qiegħed f’nofshom? Richard jiskopri informazzjoni importanti ħafna fuq Mahmoud u jgħid b’kollox lil Matthew. X’se jkun il-pass li jmiss? Amir, li sirna nafu li qatel lil Mahmoud, x’se jagħmel issa?

Division 7 hija produzzjoni ta’ DBA Entertainment.