May mistennija titlob għal aktar ħin qabel isir Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May mistennija llum titlob ‘estensjoni qasira’ fil-proċess ta’ Bexit f’ittra lill-Unjoni Ewropea. L-ittra hija maħsuba li se tkun indirizzata lill-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk.

Din it-talba se tkun qed issir wara li saru diskussjonijiet dwar il-passi li jmiss biex Brexit iseħħ kif ukoll biex ikun fiċ-ċer li l-House of Commons se tkun qed tappoġġja din id-deċiżjoni. L-Erbgħa li għadda l-membri tal-parlament kienu offruti l-għażla biex jagħtu ċans tas-30 ta’ Ġunju qabel tittieħed id-deċiżjoni finali. Il-mozzjoni għaddiet b’maġġoranza ta’ 210 voti favur.

Issa May mistennija taqbad titjira lejn Brussell biex tipparteċipa fl-aħħar sammit Ewropew fejn l-aħħar 27 membru se jkun qed jagħti r-risposta tiegħu dwar l-estenzjoni ta’ Artiklu numru 50. Jekk din tgħaddi, d-data tad-29 ta’ Marzu, propju meta suppost l-Ingilterra għandha titlaq mill-Unjoni Ewropea, tiġi mħassra.