May għal Brussell biex tikkonvinċi dwar Brexit

Theresa May se tkun qed iġġedded l-isforzi tagħha ġewwa Brussell sabiex tikkonvinċi lil dawk konċernati bil-ftehim dwar Brexit. Skont BBC hi qed tipprova tikkonvinċi billi tgħid li se twaqqaf l-immigranti mill-Unjoni Ewropea milli “jaqbżu l-kju”.

Fil-laqgħat li se jsiru qabel is-summit tal-Ħadd li ġej, fi Brussell, il-Prim Ministru Ingliża se tgħid li l-migrazzjoni se tiġi waħda bbażata fuq il-kwalitajiet fejn l-Ewropej mhux se jiġu prijorizzati fuq inġiniera minn Sydney u żviluppaturi minn Delhi. Il-Prim Ministru se tinsisti man-negozjanti li hemm qbil sħiħ dwar il-ftehim tagħha.

Il-Ministri minn 27 pajjiż fl-Unjoni Ewropea se jiltaqgħu fi Brussell qabel ma jiġi ffinalizzat id-dokument nhar il-Ħadd. Il-ftehim li fih 585 paġna qed jiġi kkritikat internazzjonalment. Żewġ ministri tal-kabinett irriżenjaw wara li ġie propost il-ftehim filwaqt li oħrajn qed jissieltu sabiex ibiddlu xi partijiet minnu.