Maxine miexja fuq il-passi ta’ Emma?

Jidher li Maxine Pace qiegħda tikkompeti fil-kompetizzjoni fuq il-programm televiżiv Taljan Amici, ippreżentat minn Maria De Filippi, l-istess programm li kisbet suċċess permezz tiegħu l-kantanta Maltija Emma Muscat.

Maxine tidher waqt prova quddiem il-ġurija f’filmat ta’ ftit sekondi li deher waqt il-programm tal-Ġimgħa. Dan kieku jfisser li dawn għad iridu jiddeċiedu jekk Maxine ssirx parteċipanta fil-kompetizzjoni.

Minkejja dan, Maxine għadha ma ħabbritx din l-aħbar fuq il-midja soċjali, iżda skont il-kont tal-Instagram tagħha, hija kienet Ruma f’Settembru li għadda.

Maxine, ta’ 19-il sena, feġġet fix-xena meta kkontestat fil-Malta Song for Europe xi snin ilu. Emma Muscat kienet fl-edizzjoni ta’ Amici tas-sena l-oħra, fejn għaddiet għall-finali.